Tuesday, May 14, 2024

Għadd ta’ clubs tal-MLS javviċinaw lil Juan Mata

Aqra wkoll

Għadd ta’ clubs tal-MLS avviċinaw lill-attakkant ta’ Manchester United, Juan Mata, biex jirreġistraw l-interess tagħhom li jiffirmawh bi free transfer.

Il-kuntratt tal-player ta’ 33 sena mar-Red Devils mistenni jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u huwa ferm improbabbli li l-club Ingliż se jkun qed joffrilu ċ-ċans li jiffirma estensjoni fil-kuntratt.

Mata għamel biss ħames dehriet għal Manchester United dan l-istaġun, tlieta minnhom ġew fiċ-Champions League, u ma lagħabx minuta waħda fil-Premier League fl-istaġun 2021-22.

Il-player Spanjol m’għandu l-ebda pjan li jirtira mill-football professjonali dan is-sajf minkejja s-suġġerimenti li jista’ jingħaqad mal-coaching staff f’Old Trafford matul l-istaġun li ġej.

Huwa mifhum li Mata rċieva offerti biex jilgħab fl-MLS, b’numru ta’ clubs jinsabu ħerqana li jiksbu l-firma tiegħu aktar tard matul din is-sena.

Il-playmaker skorja 51 goal u rreġistra 47 assist f’278 dehra għal Manchester United minn meta ngħaqad magħhom mingħand ir-rivali Chelsea f’Jannar tal-2014.

Sport