Tottenham Hotspur huma determinati li jġeddu l-kuntratt tal-iskorer prolifiku Ingliż Harry Kane. Dan tal-aħħar għandu kuntratt ma’ The Spurs sa Ġunju 2024 u d-diriġenti minn Londra huma determinati li jżidulu ż-żmien tiegħu fil-belt kapitali Ingliża billi jtuh żieda sostanzjali fis-salarju tiegħu.
Kane għandu 29 sena u ilu ma’ Tottenham sa mis-sena 2009 fejn lagħab 294 partita u skorja total ta’ 195 gowl.