Monday, May 13, 2024

Declan Rice bejn tliet clubs?

Aqra wkoll

Chelsea, Liverpool u Bayern Munich jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ West Ham United, Declan Rice. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u qed ikollu staġun ferm pożittiv kemm fil-kampjonat Premier Ingliż kif ukoll mat-tim nazzjonali waqt il-logħob tat-tazza tad-dinja.

Liverpool jidhru favoriti li jiksbu lil dan il-plejer għalkemm Bayern Munich huma lesti li jżidu l-offerta tagħhom.

Rice lagħab 36 partita mat-tim nazzjonali Ingliż u skorja żewġ gowls.

Sport