Il-kowċ ta’ Tottenham Hotspur Ange Postecoglou żvela li l-klabb tiegħu qed jaħdem qatigħ sabiex iġib lejn Londra lill-attakkant internazzjonali Franċiż Randall Kolo Muani. Dan tal-aħħar hu reġistrat ma’ Paris St Germain u hu kkonfermat li se jitlaq mill-belt kapitali Franċiża.
Postecoglou qal li jrid lil dan il-plejer akkost ta’ kollox minħabba li għandu ħafna attakkanti neqsin u għalhekk jaf ikun element importanti fid-dipartiment offensiv.