Tuesday, May 14, 2024

Tottenham isegwu lill-goalkeeper Robert Sanchez 

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur qed ifittxu goalkeeper ieħor minħabba li dak attwali Hugo Lloris qed jikber minkejja li għandu kuntratt li jżommu marbut f’Londra sas-sena 2024. 

Id-diriġenti ta’ The Spurs qed jaħsbu sabiex isibu l-werriet ta’ Lloris li llum il-ġurnata għandu 35 sena.

It-tim li jilgħab f’Tottenham Hotspur Stadium qed isegwu b’interess il-progress tal-goalkeeper ta’ Brighton and Hove Albion Robert Sanchez. Dan tal-aħħar hu Spanjol ta’ 24 sena li qed jiddistingwi ruħu fit-tim immexxi minn Roberto De Zerbi.  

Sport