Sunday, December 22, 2024

Tottenham jegħlbu lil Liverpool f’partita mimlija deċiżjonijiet kontroversjali

Aqra wkoll

Auto-goal ta’ Joel Matip fit-98 minuta ta lil Tottenham rebħa ta’ 2-1 fuq Liverpool li spiċċaw jilagħbu b’disa’ players … f’partita mimlija deċiżjonijiet kontroversjali. 

Ir-Reds kienu kkundizzjonati minn żewġ karti ħomor kontroversjali, l-ewwel waħda mogħtija lil Curtis Jones għal foul fuq Yves Bissouma wara biss 26 minuta wara intervent tal-VAR, qabel ma s-sostitut  Diogo Jota segwieh fid-69 minuta għal żewġ karti sofor … bl-ewwel waħda jaqlagħha wara li l-player ta’ Spurs tfixkel f’saqajh stess. 

Madankollu, l-akbar deċiżjoni kontroversjali kienet meta Liverpool tħassrilhom dak li deher goal leġittimu ta’ Luis Diaz li bih fetaħ l-iskor … hekk kif ġie ġġudikat li kien f’pożizzjoni ta’ offside meta l-filmat wera li kien onside. L-uffiċjali tal-logħba baqgħu jinsistu li Diaz kien f’pożizzjoni rregolari. 

Din id-darba l-uffiċjali tal-VAR ma riedux jintervjenu … kuntrarju għat-tkeċċija ta’ Jones.

Kien Son Heung-min li fetaħ l-iskor fis-36 minuta iżda Cody Gakpo kiseb id-draw qabel il-mistrieħ f’liema azzjoni weġġa’ biex fit-tieni taqsima ma daħalx jilgħab. 

Ekonomija

Sport