Wednesday, July 24, 2024

Draw bejn Valletta u Mosta li ma kkuntenta li ħadd

Aqra wkoll

Valletta …….1

Mosta ……….1

Valletta u Mosta temmew fi draw ta’ 1-1 f’partita pjaċevoli iżda liema ri­żultat ma kkuntenta li ħadd.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel periklu wara sitt minuti b’xutt ta’ Brandon Paiber li ntemm għoli.

Fil-21 minuta, Mosta fet­ħu l-iskor minn KEVIN TULIMIERI li spara xutt mid-distanza li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Jake Galea li jsalva.

Fid-29 minuta, Valletta fallew ċans tad-deheb meta xutt ta’ Paiber ġie salvat minn Akpan li iżda ma żammx, bil-ballun jintemm għand Federico Falcone li minn taħt il-lasta, falla l-mira.

Fid-39 minuta, Mosta resqu viċin li jirduppjaw meta minn free-kick mogħti mill-captain Clayton Failla, il-ballun deher destinat għal ġox-xibka, iżda Neil Micallef salva minn fuq il-linja fatali.

Fil-45 minuta, Brandon Paiber kien sfortunat li ma ġabx l-iskor indaqs meta sab lill-goalkeeper ta’ Mosta, David Udoh Apkan, attent wara xutt fil-baxx mid-distanza.

Fl-54 minuta, Valletta finalment ma kellhomx jiġu mċaħ­ħda, meta BRANDON PAIBER għeleb lil Akpan bi free-kick tal-istampi.

Fil-65 minuta, Mosta kienu sfortunati li ma reġ­għux marru fil-vantaġġ meta Nnaji kellu l-konklużjoni tiegħu minn taħt il-lasti tistampa mal-mimduda, bil-Beltin jeħilsuha ħafif.

Valletta wieġbu minuta biss wara meta Falcone ġiegħel lil Akpan joħroġ l-aħjar tiegħu b’save tajjeb.

Fit-82 minuta, Paibar ġie mċaħħad milli jirreġistra doppjetta meta t-tentattiv tiegħu ħabat mal-wieqfa.  

Fid-90 minuta, il-Beltin fallew ċans li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta mill-viċin Garba ra x-xutt tiegħu jintemm ftit għoli.

Fil-ħin miżjud, Akpan spiċċa l-eroj ta’ Mosta meta salva xuttijiet mill-viċin tas-sostitut, Jhonnattann Benites Da Conceicao.

VALLETTA: 16-Jake Galea, 6-Enzo Ruiz, 8-Omar Fernando Barrientos (77-Jhonnattann Benites Da Conceicao 75), 10-Shaun Dimech (88-David Garba 46), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber, 23-Aldair Quintero (9-Santiago Adrian Ferraris 67), 30-Victor Luiz Prestes Filho, 44-Dario Vega, 66-Neil Anthony Micallef, 80-Alfred Silas Hamanjoda (11-Luka Susnjara 46)   – Coach: Thane Micallef

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Adolfo Chara, 6-Ndubisi Nnaj, 8-Damian Aneni (9-Moussa Kamara 89), 10-Linus Precious Tenebe, 13-Clayton Failla, 16-Gianluca Sciberas (21-Nathan Agius 69), 20-Willie Britto, 27-Eric Mensah (7-Aliyu Isah 62), 74-Jake Vassallo, 92-Kevin Tulimieri (77-Zachary Brincat 62)   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Robert Curtis

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: K. Tulimieri 21 (M), B. Paiber 54 (V)

AMMONITI: D. U. Akpan, A. Chara, D. Aneni, J. Vassallo (M), S. A. Ferraris, D. Garba (V)

Ekonomija

Sport