Tottenham Hotspur jinsabu ferm viċin li jakkwistaw il-firma tal-winger Iżraeljan Manor Solomon. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u riċentement kien qed jilgħab fl-Ukrajna ma’ Shaktar Donetsk. Minkejja kollox, il-kuntratt tiegħu ġie sospiż u għalhekk il-plejer jinsab bħala aġent ħieles.
Matul il-ġurnata tal-lum, Solomon se jasal f’Londra sabiex jagħmel it-testijiet mediċi fil-klinika ta’ The Spurs. Din se tkun it-tieni esperjenza ta’ dan il-winger fl-Ingilterra wara li fl-istaġun li għadda lagħab ukoll ma’ Fulham.