Sunday, May 19, 2024

West Ham interessati f’Tyler Adams

Aqra wkoll

West Ham jinsabu interessati fil-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Leeds United Tyler Adams. Dan tal-aħħar għad għandu 24 sena u hu meqjus bħala midfielder versatili. Leeds qed jistmaw li l-plejer jiswa €20 miljun bil-Hammers li lesti jibdew id-diskussjoni.

Minkejja l-wirjiet tajbin tiegħu, Adams ma setax jevita r-relegazzjoni ta’ Leeds mill-Premier Ingliż għal The Championship.

Sadanittant, Tyler Adams hu marbut sas-sena 2027 ma’ Leeds iżda dawn tal-aħħar lesti li jikkunsidraw l-offerta ta’ West Ham.

Sport