Monday, May 6, 2024

Bandiera Amerikana fin-Nadur toħloq kontroversja

Aqra wkoll

Fuq l-għolja tan-Nadur fuq l-arblu l-kbir li jitella għal festa fl-aħħar sigħat ittajret bandiera Amerikana u mill-ewwel ħolqot kontroversja fuq il-midja soċjali.

Kien l-eks-Sindku tax-Xagħra Dr Christian Zammit li fuq il-profil tiegħu tal-midja soċjali kiteb li din “hi sintomatika ta’ mentalita’ ta’ leccaculismo qawwi lejn artijiet barranin, li għadha tirrenja fostna?”

Hu kiteb li “t-tqegħid ta’ bandiera barranija fuq arblu daqshekk prominenti, mhux tad-daħk (jew tal-biki)?!”

Mill-ewwel bdew jinkitbu diversi kumment fosthom mis-Sindku tan-Nadur innifsu Edward Said li kiteb messaġġ lil eks Sindku u qallu “Dottore… Ara ifettillek tilbes xi gear tat Tottenham jew Juventus…”

Kummenti oħrajn kienu “jekk tieqaf tħares lejn dak l-arblu u tħares iktar fil-madwar taż-żewġ gejjer tinduna li mhux dak l-arblu l-problema jew dan li inti qed isejjaħlu leccaculismo… Imma l-isfreġju ta’ kull rokna li fadal biex erba’ min-nies idaħħlu lira. Dik il-bandiera se ddum hemm ġurnata imma l-ħsara li qed issir fil-bqija tal-pajjiż hija irriversabbli…”

Sport