Tuesday, May 14, 2024

Jasper Philipsen jirbaħ ir-raba’ stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

Il-Belġjan Jasper Philipsen (Alpecin–Deceuninck) għe­leb l-isfida tal-isprint tal-Awstraljan, Caleb Ewan (Lotto–Dstny) u tal-Ġermaniż, Phil Bauhaus (Team Bahrain Victorious), biex rebaħ ir-raba’ stadju tat-Tour de France li kien bejn il-bliet ta’ Dax u Nogaro fuq distanza ta’ 182 kilometru.

Huwa rreġistra ħin ta’ 4:41:15 f’dik li kienet l-aktar tellieqa eċċitanti s’issa. Dan ifisser li din kienet it-tieni rebħa nfila taċ-ċiklist Belġjan. 

Sadanittant, il-Britanniku Adam Yates (AE Team Emi­rates) baqa’ jżomm il-flokk l-isfar meta għandu ħin ta’ 18:18:01.

Illum isir il-ħames stadju bejn il-bliet ta’ Pau u Laruns fuq distanza ta’ 163 kilometru.

Sport