Friday, October 4, 2024

Toulouse se jpoġġu l-flokkijiet tagħhom f’irkant

Aqra wkoll

Toulouse kellhom lejla mill-isbaħ erbat ijiem ilu hekk kif għelbu lil Liverpool 3-2 fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League. Din bla dubju kienet ikkunsidrata bħala tragward storiku għal dan il-klabb ferm modest li bil-mod il-mod tiela’ iktar fil-profil tiegħu.

Sadanittant, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb iddeċidew li jbiegħu l-flokkijiet tal-plejers li lagħbu f’dak il-konfront li wieħed jista’ jsejjaħlu storiku. Fil-verita’ se jsir irkant b’dawn l-istess flokkijiet fejn fost l-oħrajn dak ta’ Thijs Dallinga diġa’ qed jiġi stmat li se jinbiegħ madwar €600.

Il-klabb qal li dawn il-flus se jmorru sabiex isiru aktar proġetti fl-istadium tagħhom.

Sport