Sunday, November 24, 2024

Tour de France: Il-Britanniku Cavendish  jikser ir-rekord ta’ Merckx

Aqra wkoll

Il-Britanniku, Marc Cavendish (Astana Qazaqstan Team), rebaħ il-ħa­mes tappa tat-Tour de France, li kienet bejn bejn Saint-Jean-de-Maurienne u Saint-Vulbas fuq distanza ta’ 177.4 kilometri biex kiser ir-rekord tal-leġġendarju Edy Merckx ta’ 35 rebħa. 

Cavendish kiseb ħin ta’ 4 sigħat, 8 minuti u 46 sekondi meta rebaħ l-isprint finali bejn disa’ ċiklisti, bil-Belġjan, Jasper Philipsen (Alpecin–Deceuninck) itemm frazzjoni ta’ sekonda warajh.

Is-Sloven, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), baqa’ jżomm il-flokk l-isfar meta għandu ħin ta’ 23h 15’ 24”.

Il-Ħamis issir is-sitt tappa bejn Macon to Dijon,  fuq distanza ta’ 163.5 kilometri.

Sport