Sunday, December 22, 2024

Tour de France: Jasper Philipsen jirbaħ it-tielet stadju

Aqra wkoll

Il-Belġjan Jasper Philipsen (Alpecin–Deceuninck) għe­leb l-isfida tal-isprint tal-Ġermaniż, Phil Bauhaus (Team Bahrain Victorious), u l-Awstraljan, Caleb Ewan (Lotto–Dstny), biex rebaħ it-tielet stadju tat-Tour de France li kien bejn il-belt Spanjola Amorebieta-Etxano għal dik Franċiża ta’  Ba­yonne fuq distanza ta’ 193.5 kilometri. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 4:41:15 f’dik li kienet l-aktar tellieqa eċċitanti s’issa. 

Sadanittant, il-Britanniku Adam Yates (AE Team Emirates) baqa’ jżomm il-flokk l-isfar meta għandu ħin ta’ 13: 52:33.

Illum isir ir-raba’ stadju bejn il-bliet ta’ Dax u Nogaro fuq distanza ta’ 182 kilometru.

Ekonomija

Sport