Sunday, December 22, 2024

Tour de France: L-Olandiż Dylan Groenewegen jirbaħ is-sitt tappa

Aqra wkoll

L-Olandiż, Dylan Groenewegen (Team Jayco–AlUla) rebaħ is-sitt stadju tat-Tour de France li kien bejn Saint-Jean-de-Maurienne u Saint-Vulbas,  fuq distanza ta’ 177.4 kilometri.  

Huwa rreġistra ħin ta’ 3 sigħat, 31 minuta u 55 sekondi hekk kif rebaħ l-isprint finali biex għeleb l-isfida tal-Belġjan Jasper Philipsen (Alpecin–Deceuninck), tal-Eritrean Biniam Girmay (Intermarche–Wanty) u tal-Ko­lumbjan Fernando Gaviria (Movistar Team).

Is-Sloven, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates), baqa’ jżomm il-flokk l-isfar meta għandu ħin ta’ 26h 47’ 19”.

Illum issir is-seba’ tappa bejn  Nuits- Saint-Georges u Gevrey-Chambertin  fuq distanza ta’ 25.3 kilometri.

Ekonomija

Sport