Is-Sloven, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates) rebaħ ir-raba’ tappa tat-Tour de France, li kienet bejn Pinerolo (l-Italja) sa Valloire fuq distanza ta’ 139.6 kilometru, biex reġa’ ħa l-flokk l-isfar mingħand l-Ekwadorjan, Richard Carapaz (EF Education–EasyPost).
Filwaqt li Pogacar irreġistra ħin ta’ 3 sigħat, 46 minuta u 38 sekonda, huwa qed jillidja l-klassifika ġeneral b’ħin ta’ 19-il siegħa, 6 minuti u 38 sekonda.
Fit-tieni post daħal il-Belġjan, Remco Evenepoel (Soudal–Quick-Step) biex huwa jinsab ukoll fit-tieni post tal-klassifika.
Illum issir il-ħames tappa bejn Saint-Jean-de-Maurienne u Saint-Vulbas fuq distanza ta’ 177.4 kilometri.