Friday, July 19, 2024

Tour de France: Tadej Pogacar jerġa’ jieħu l-flokk isfar

Aqra wkoll

Is-Sloven, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates) rebaħ ir-raba’ tappa tat-Tour de France, li kienet bejn Pinerolo (l-Italja) sa Valloire fuq distanza ta’ 139.6 kilometru, biex reġa’ ħa l-flokk l-isfar mingħand l-Ekwadorjan, Richard Carapaz (EF Education–EasyPost).

Filwaqt li Pogacar irreġistra ħin ta’ 3 sigħat, 46 minuta u 38 sekonda, huwa qed jillidja l-klassifika ġeneral b’ħin ta’   19-il siegħa, 6 minuti u 38 sekonda.

Fit-tieni post daħal il-Belġjan, Remco Evenepoel (Soudal–Quick-Step) biex huwa jinsab ukoll fit-tieni post tal-klassifika.

Illum issir il-ħames tappa bejn Saint-Jean-de-Maurienne u Saint-Vulbas fuq distanza ta’ 177.4 kilometri.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport