Toyota Malta bi kburija appoġġjat iċ-ċelebrazzjoni tal-kisbiet sportivi fl-20 edizzjoni tal-Gala Sports Awards organizzati mill-Kumitat Olimpiku Malti, serata li matulha 56 mill-aqwa atleti u timijiet ta’ Malta ġew ippremjati għall-prestazzjoni eċċellenti tagħhom f’kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali.
Il-parteċipazzjoni ta’ Toyota Malta fl-avveniment immarkat tragward importanti fil-kollaborazzjoni tagħha ta’ tliet snin mal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Minbarra li appoġġjat b’mod attiv diversi inizjattivi inklużi attivitajiet relatati mal-Jum Olimpiku, Toyota Malta reċentement kienet preżenti fil-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) fejn kellha l-unur li tara l-prestazzjoni tal-atleti li kisbu medalja f’isem Malta, b’dawn tal-aħħar jiġu wkoll onorati fl-MOC Gala Sports Awards tal-2023.
James Gatt, Marketing Manager ta’ Debono Group, ir-rappreżentanti tat-Toyota f’Malta, ikkummenta: “Toyota għandha rekord twil ta’ appoġġ għall-Logħob Olimpiku u Paralimpiku. Aħna kburin ħafna li nestendu l-kontinwazzjoni ta’ dan l-appoġġ għal-livell lokali, u nkomplu nsaħħu l-impenn tagħna lejn l-atleti ta’ Malta u lejn il-komunità.”
Dwar Toyota Malta
Toyota, li ilha rappreżentata f’Malta min Debono Group mill-1960, hija impenjata li twassal l-aqwa vetturi u servizz eċċezzjonali lill-klijenti tagħha. Bħala parti mill-familja globali tat-Toyota, il-kumpanija għandha l-għan li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ mobilità sostenibbli u tikkontribwixxi għal futur aktar ekoloġiku permezz ta’ teknoloġiji innovattivi.