Tuesday, November 26, 2024

Tqegħid ta’ fjuri b’rispett għall-erba’ patrijotti Maltin li tilfu ħajjithom fl-irvellijiet

Aqra wkoll

Bħal kull sena pajjiżna fakkar il-vittmi tas-Sette Giugno li tilfu ħajjithom fi sparaturi mill-forzi Ingliżi. Din is-sena huwa l-104 anniversarju minn din il-ġrajja li tniżżlet fl-Istorja ta’ pajjiżna.

Dalgħodu l-President ta’ Malta, George Vella akkumpanjat miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta, Alfred Zammit, qiegħdu kuruna fil-monument tas-Sette Giugno fil-Belt Valletta.

Aktar qabel saret ukoll iċ-ċerimonja fl-Adolorata li fiha ngħatat tislima lil dawn il-patrijotti Maltin bid-Deputat Speaker tal-Parlament, David Agius, iċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u rappreżentant tal-familiji tal-vittmi li qiegħdu kuruni tal-fjuri fuq il-qabar tal-erba’ vittmi – Gużeppi Bajada, Wenzu Dyer, Manuel Attard u Karmenu Abela.

Sport