Wednesday, July 24, 2024

Trabzonspor b’sitt logħbiet bil-bibien magħluqa

Aqra wkoll

Trabzonspor ġew ordnati jilagħbu sitt logħbiet bil-bibien magħluqa wara li faqqgħet il-vjolenza wara t-telfa tax-xahar li għadda fis-Super Lig Torka, minn Fenerbahce.

Il-partitarji daħlu fil-ground u attakkaw lill-players u lill-forzi tas-sigurtà ta’ Fenerbahce, f’Papara Park fi Trabzon.

Il-players ta’ Fenerbahce, Jayden Oosterwolde u Irfan Can Egribayat, ingħataw projbizzjonijiet ta’ logħba għall-ġlied mal-partitarji rivali.

Trabzonspor ġew immultati wkoll 3 miljun lira Torka (£75,000).

Il-coach ta’ Trabzonspor, Egemen Korkmaz, ġie sospiż mid-dressing room u mill-bankina għal partita waħda talli ġġieled ma’ player rivali.

Il-winger Niġerjan ta’ Fenerbahce, Bright Osayi-Samuel, li deher iwaqqa’ partitarju mal-art, ma ġiex sanzjonat.

Il-pieni ġew deċiżi wara laqgħa tal-kunsill dixxiplinarju tal-FA Tork.

Nhar it-Tlieta, il-membri ta’ Fenerbahce vvutaw kontra proposta ta’ rtirar mis-Super Lig Tork b’reazzjoni għall-vjolenza.

Ekonomija

Sport