Saturday, November 23, 2024

Traġedja oħra tal-immigranti… tlieta mejtin u 16 jgħibu fil-baħar

Aqra wkoll

It-traġedji marbutin ma’ persuni li jaqsmu mil-Libja għal Ewropa bl-għan li jibdew ħajja aħjar komplew fl-aħħar sigħat. Dan hekk kif sar magħruf li minn tal-inqas 13-il persuna intilfu fil-baħar. Apparti dawn it-13-il persuna, ittellgħu mill-baħar tlett katavri. Minn din it-traġedja salvaw 22 persuna. Irid jingħad ukoll li fl-aħħar sigħat xejn inqas minn 300 immigrant ġew interċettati mill-gwardji tal-kosta Libjani u ttieħdu lura lejn il-Libja.

Intant grupp ta’ persuni salvati u li jinsabu abbord il-bastiment Alan Kurdi spiċċaw f’battibekk bejn il-Gvern Franċiż u dak Taljan. Filfatt wara li -Gvern Malti irrifjuta d-dħul tal-bastiment f’Malta u wara li l-Italja ħadet xi immigranti abbord, irrifjutat ukoll l-iżbark tal-immigranti. Dan wassal biex il-bastiment Alan Kurdi qabad triqtu lejn Marsilja. Immedjatament is-Sindku tal-belt aċċetta li dawn l-immigranti jidħlu fil-port. Madankollu ftit minuti wara l-Gvern Franċiż ikkomunika li dawn l-immigranti għandhom jiddaħħlu l-Italja.

Ta’ min jgħid li ftit jiem ilu kien hemm il-kontroversja tat-tanker Daniż Etienne, li hu proprjetà tal-kumpanija Maersk. Dan spiċċa għamel 40 jum jistenna biex jingħata permess jidħol f’port b’immigranti li kien salva. Finalment daħal f’Palermo.

Sport