Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal Zeljko Anicic għażel 17-il plejer għat-training camp ta’ Novembru li se jkun parti mill-preparazzjoni għall-impenji li ġejjin.
It-training camp se jsir bejn il-Ħadd u l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla, u se jinkludi wkoll żewġ logħbiet ta’ ħbiberija skedati kontra l-Malta U19 Team li qed iżid ukoll il-preparazzjoni tiegħu qabel il-Grupp Preliminari f’Jannar hekk kif jiffaċċja lill-ospiti l-Litwanja, l-Ingilterra, u l-Estonja f’ Jannar wara tlugħ tal-poloz li saru nhar il-Ħamis fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA.
L-Università ta’ Malta hija l-aktar tim rappreżentat b’sitt plejers imsejħin f’din l-iskwadra tal-kbar għal dan it-training camp fil-jiem li ġejjin, u huma segwiti miċ-Champions Luxol b’ħamsa.
Plejers oħra magħżula huma tnejn mis-Swieqi, wieħed kull wieħed minn Ta’ Xbiex, St George’s Futsal, u Żurrieq Futsal, kollha magħquda mill-uniku plejer li jilgħab barra minn xtutna fl-iskwadra, jiġifieri Giancarlo Sammut li bħalissa qed jilgħab fid-Danimarka.
Il-plejers magħżula se jiltaqgħu l-Ħadd filgħodu fit-8 ta’ filgħodu fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, qabel ma mill-għada jibdew jitħarrġu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport f’Pembroke, fejn it-Tlieta u l-Erbgħa se jkunu qed isiru l-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Malta U19 Team.
Plejers magħżula għall-kamp ta’ taħriġ tat-Tim Nazzjonali tal-Futsal.
Goalkeepers – Clint Mifsud (Luxol Futsal), Brendon Debono (Swieqi Futsal), Ryan Scerri (Università ta’ Malta).
Outfield Players – Andre Cachia (Università ta’ Malta), Giancarlo Sammut (Hjorring Futsal), Dale Valletta (Università ta’ Malta), Jean Noel Azzopardi (Università ta’ Malta), Matthew Attard (Luxol Futsal), Steven Camilleri (Università ta’ Malta), Kurt Darmanin (Zurrieq Futsal), Ryan Muscat (Swieqi Futsal), Luke Gatt (Luxol Futsal), Karl Sciortino (Ta’ Xbiex), Andrew Abela (Luxol Futsal), Aaron Montebello (Università ta’ Malta), Karl Luke Schembri (St George’s Futsal), Andre Ciancio (Luxol Futsal).