Tuesday, April 30, 2024

It-tilqima tal-Omicron u l-influwenza se tiġi offruta lill-MPs fil-Parlament

Aqra wkoll

It-Tnejn li ġej bejn it-3.30 p.m u s-7.00 p.m fil-bini tal-Parlament se jkun hemm infermiera tad-Dipartiment tal-Kura Primarja fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa biex jagħtu t-tilqima tal-vaċċin kontra l-influwenza u tal-vaċċin kontra l-varjant tal-Covid-19, l-omicron.

Bħal ma sar fis-snin li għaddew, minbarra l-Membri Parlamentari, qed jiġu wkoll mistiedna jagħmlu użu minn dan is-servizz l-istaff tal-Parlament u tal-Ministeri kif ukoll il-membri tal-media.

Intant ftit tal-jiem ilu fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa kien ħabbar li diġà ngħataw aktar minn 55,000 tilqima tal-influwenza u tal-Omicron. 

Huwa qal li 60% fil-mija minn dawn imlaqqmin ħadu ż-żewġ tilqimiet f’daqqa. It-tilqim qed jingħata wkoll minn 31 ċentru tas-Saħħa u Bereġ madwar il-pajjiż. 

Sport