Tuesday, May 14, 2024

Ordnijiet tal-Milied ikkanċellati wara t-tifqigħa tal-bird flu fl-Ingilterra

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’razzett fl-Ingilterra, kellhom jinqatlu eluf ta’ tjur wara li mardu bl-avian flu jew kif inhi magħrufa aħjar ‘bird flu’. Il-maġġoranza ta’ dawn it-tjur kienu dundjani, papri u tiġieġ li kienu ġew ordnati min-nies u n-negozji għall-Milied.

W.E Botterill & Son fo Croxton Kerrial, Leicestershire, qalu li t-tifqigħa kienet “daqqa kbira” għalihom. Il-familja Botterill ilha tmexxi dan ir-razzett, li jinsab qrib Melton Mowbray, għal aktar minn 70 sena.

Dawk li jżommu dan it-tip ta’ tjur qed ikunu mitluba jżommuhom ġewwa biex jillimitaw it-tixrid tal-avian flu. Dawn ir-regoli ġodda se jidħlu fis-seħħ mis-7 ta’ Novembru li ġej u japplikaw għal kull min iżomm l-għasafar, kemm jekk huma ftit tiġieġ f’xi ġnien sa rziezet kummerċjali kbar.

Sport