Monday, April 29, 2024

Transport b’xejn offrut mill-ġdid lill-Iskejjel tal-Istat lejn l-Esplora

Il-Gvern jerġa’ joffri Trasport b’xejn lejn l-Esplora lill-Iskejjel tal-Istat

Aqra wkoll

Wara li ġew imħabbra l-gwidi dwar il-COVID-19 għall-iskejjel mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Esplora xtaq ifakkar lill-edukaturi li se jibqa’ jingħata ‘Trasport b’Xejn’ lejn u lura mill-Esplora lill-Iskejjel tal-Istat għal din is-sena skolastika li ġejja.

Iċ-Ċentru tax-Xjenza qed joffri mawra edukattiva u essenzjali li żżid il-valur fit-tagħlim tax-xjenza. Din l-inizjattiva se titkompla tiġi sostenuta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED).

Ftit tal-ġranet ilu, Dr Frank Fabri, is-Segretarju Permanenti fi ħdan l-MFED, żar l-Esplora, fejn flimkien maċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, iddiskutew il-preparazzjonijiet li huma mħejjija bħalissa għaċ-Ċentru tax-Xjenza sabiex jibda jerġa’ jilqa’ l-istudenti minn Ottubru 2021. 

Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza huwa mifrux fuq medda ta’ 22,000 metri kwardri u joffri attivitajiet varji li huma mfassla fuq il-kurrikulu nazzjonali. Il-Programm Edukattiv uffiċjali għall-(2021-2022) se jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin.  Il-miżuri kollha tas-Saħħa u Sigurtà tal-COVID-19 se jiġu segwiti. 

Għall-aktar informazzjoni u sabiex tibbenefika minn din l-iskema kkuntattja ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora fuq [email protected]

Sport