Id-difensur Trent Alexander-Arnold, 26 sena, mistenni jitlef sa sitt ġimgħat b’injury fil-hamstring li sofra fir-rebħa ta’ Real Madrid fiċ-Champions League kontra Marseille.
Huwa beda l-logħba tat-Tlieta fil-Bernabeu iżda ġie mġiegħel joħroġ fil-ħames minuta wara li weġġa’ siequ x-xellugija. Sorsi ndikaw li Alexander-Arnold se jdum barra għal mill-inqas xahar, bl-assenza tiegħu potenzjalment titwal għal sitt ġimgħat.