Id-difensur ta’ Liverpool Trent Alexander-Arnold se jkun qed iwettaq ħolma li ilha tberren f’moħħu għal dawn l-aħħar snin; dik li jiftaħ akkademja għal dawk il-plejers żgħażagħ li ma jirnexxielhomx jagħmlu l-grad mat-timijiet rispettivi tagħhom.
Alexander-Arnold qal li dawn it-tfal u żgħażagħ ħafna mid-drabi jiġu mwarrba mill-klabbs tagħhom u jispiċċaw jabbandunaw dan l-isport tant sabiħ.
TAA (The After Academy) kif se tiġi msemmija, se tkun qed timpjega skawts sabiex jaraw sew xi plejers li forsi jbatu xi ftit f’ċerti ħiliet u eventwalment tgħinhom jiġu inklużi iktar.