Wednesday, December 25, 2024

TRIBUT

Aqra wkoll

Ktieb li jinsab riesaq lejn l-ewwel jiem tal-publikazzjoni tiegħu jagħti ġieħ xieraq lil Dr Karmenu Mifsud Bonnici sentejn mill-mewt tiegħu. Jagħmel dan billi jirrikonoxxi u jifli d-dimensjonijiet differenti tal-karattru, l-ħsieb u l-ħidma ta’ dal-politiku kontroversjali u sotto-estimat.

Eżatt wara mewtu, dak li ntqal u ġie ċelebrat dwaru nessa l-impenn politiku tiegħu. Wara, f’okkażjonijiet differenti, dak li ssemma u nkiteb dwaru ffoka l-aktar fuq xi aspett tal-ħidma tiegħu u għalhekk ma tax dehra biżżejjed ċara tiegħu, waħda kumplessiva li tiftiehem. “Karmenu – Il-verità xejn anqas mill-verità” joffri perspettivi minn nies li ħadmu qribu, u qablu miegħu jew le. Kien hemm bżonn ta’ mod bħal dan kif jitqies. Bħala wieħed li għal xi snin kont nafu … ma ngħidx mill-qrib ħafna imma minn biżżejjed viċin… jien dejjem ħassejt li hu b’dal-mod li wieħed jista’ jifhem aħjar x’kienu l-ħsus ta’ “KMB” kif kienu jippreferu jsejħulu l-avversarji tiegħu.

Għalkemm maħruġ mill-publikaturi SKS, uħud fost il-kontributuri tal-ktieb mhumiex magħrufa bħala soċjalisti, boghod minn hekk,

IT-TRAFFIKU

Mhijiex ħaġa tal-iskantament li ftit nisimgħu b’miżuri effettivi li jistgħu jitwettqu biex il-problema tat-traffiku eċċessiv tingħeleb. Jeżistu żewġ problemi kbar fil-biċċa. L-ewwel nett, miżuri żgur effikaċi jridu jpoġġu piżijiet ġodda fuq is-sewqan billi tassattivament jagħmluh jiswa aktar flus u jkun aktar diffiċli biex tipprattikah. L-ebda politiku mhu se jieħu s-sogru li jdaħħalhom.

Fl-istess ħin, iridu jiddaħħlu f’qasir żmien, alternattivi ta’ trasport publiku effiċjenti u flessibbli. Isir ħafna diskors dwarhom, imma fil-verità, ħadd ma rnexxielu jfassalhom u jwettaqhom, mhux l-anqas għax l-ewwel sett ta’ miżuri qatt ma jkunu ġew mogħtija xi kunsiderazzjoni.

MIŻURI TAT-TUL

Meta nitkellmu dwar x’irridu li jseħħ fil-futur u kif se nippjanaw għalih, tibqa’ l-mistoqsija dwar kif dal-futur se jintlaħaq.

It-tentazzjoni ta’ spiss tkun li biex nirrisponduha, naqgħu għal proposti vagi li ma tantx iwasslu ’l bogħod u jistgħu jinftehmu b’diversi modi, ħaġa li tħallihom bla effett prattiku. Kienet tiġri fl-imgħoddi. Niftakar per eżempju, minn ilu deċennji issa, proġett ta’ pjan maħruġ minn għaqda federattiva tan-negozji f’Malta li urewh bħala l-alternattiva għall-politika ekonomika u soċjali tal-gvern Laburista ta’ dak iż-żmien.

Issa dil-politika kellha d-difetti tagħha, uħud kbar. Imma kienet titwettaq skond linji konkreti li whud minnhom kienu validi. Jien kont analizzajt il-proposti “alternattivi” u kelli nasal għal dil-konklużjoni: il-proposti kienu vagi wisq, jew qed sempliċement jippuntaw biex l-affarijiet jerġgħu jsiru bħal fl-imgħoddi, li ma kienx possibbli aktar. Wisq nibża’ li ħafna mill-pjani li jsiru llum, qed jaqgħu fl-istess ħofra.

Ekonomija

Sport