Thursday, July 3, 2025

‘Trid tkun int li xxammar il-kmiem u tirsisti biex tilħaq l-abbiltajiet tiegħek’ – Kyle Gerada

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Meta kelli ħames snin kont immur ma’ missieri naraw lil ħija jittrenja l-Floriana u tħajjart minn hemm.

U għaliex għażilt proprju r-rwol ta’ goalkeeper?

Ifhem, minn dejjem kienet togħġobni l-pożizzjoni ta’ goalkeeper – xi ħaġa li taffaxxinani li dejjem tkun qed tara l-logħba kollha.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Santa Venera Lightnings FC? 

Ġietni opportunitá li nerġa’ nibda nipprattika l-aktar ħaġa li nħobb u grazzi għal Kurt James, Jamie Pace u Jeffrey nemmen li ħa jagħqdu skwadra kompetittiva biżżejjed. L-esperjenza ta’ Jamie  u Jeffrey ħa tgħin żgur liż-żgħażagħ li telgħin ma’ dan il-klabb. 

X’tikkummenta fuq l-esperjenzi passati tiegħek fil-futbol qabel ma ngħaqadt ma’ dan il-klabb fosthom ma’ diversi klabbs fejn anke lgħabt fil-Malta Premier?

Bdejt nilgħab man-nursery ta’ Floriana FC fejn ta’ 15-l sena kelli ċ-ċans li nagħmilha mal-iskwadra tal-kbar. Minn hemm imxejt ma’ pajjiżi – il-klabb tal-Gżira Fejn irnexxielna nitilgħu fl-Ewwel Diviżjoni u wara 30 sena rnexxielna ntellgħu lil Gżira lura fil-Premier. Inħoss li dan kien l-isbaħ żmien tiegħi fil-futbol. Barra dawk iż-żewġ promozzjonijiet bħala champions irnexxieli nikseb żewġ promozzjonijiet oħra ma’ Zejtun Corinthians FC, fejn kelli l-oportunitá li nagħmel staġun fil-Premier mal-Mosta FC fejn emmnu fija u tawni ċans li nilgħab fil-Premier Malti. Imbagħad kelli esperjenzi ma’ Pembroke Athleta FC fejn imbagħad spiċċajt l-aħħar staġun tiegħi ma’ Birzebbugia SP FC. Nirringrazzja lill- klabbs kolla li lbist il-flokk tagħhom! 

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-livell tal-futbol Malti nħoss li qed niffukaw ħafna fuq il-plejers barranin iktar milli fuq tfal Maltin. Opinjoni tiegħi hi li l-Malta Premier kien ħafna isbaħ meta kien bi tliet barranin biss u kienu jkunu ta’ differenza għall-klabbs Maltin.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob uffiċjali tagħkom?

Bħala grawnds nemmen li sar ititjib qawwi peró dejjem hemm fejn ittejjeb. Għandna bżonn naraw aktar nies jersqu lejn il-grawnds tagħna.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Il-messaġġ tiegħi lil kull min jixtieq jirnexxi fil-futbol huwa li trid tagħmel sagrifiċċju kbir għax bil-mowbajl u l-internet m’int ħa tasal imkien. Trid tkun int li xxammar il-kmiem u tirsisti biex tilħaq l-abbiltajiet tiegħek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport