Trump ibiddel ir-realta skont ix-xewqa tiegħu

Aqra wkoll

Hekk kif il-President Amerikan Donald Trump jinsab impenjat fil-kampanja elettorali fl-aħħar stadju qabel l-elezzjonijiet ta’ nofs it-terminu, qed jiddefendi b’qawwa kbira l-prestazzjoni ekonomika tal-Amerika, filwaqt li jipprova – kif spiss jagħmel – ibiddel ir-realtà skont ir-rieda tiegħu.

Huwa ġie kkwotat jgħid il-ġimgħa l-oħra li l-Istati Uniti għandha l-aqwa indikaturi ekonomiċi ta’ kwalunkwe president fl-istorja iżda n-nies ma jafux b’dan kollu għax l-istampa ma titkellimx dwaru. 

Għalkemm xi indikaturi ekonomiċi – fosthom l-indiċijiet b’saħħithom ħafna tas-suq tal-ishma u r-rati baxxi ta’ faqar fl-Istati Uniti – huma tassew storiċi, l-istampa ġenerali mhijiex daqshekk pożittiva.

Donald Trump spiss iwarrab it-tħassib dwar l-affordabbiltà u l-għoli tal-ħajja fl-Istati Uniti, u jiddeskrivihom bħala “foloz” u bħala “ingann” orkestrat mid-Demokratiċi.

Madankollu, il-pubbliku Amerikan iħares lejn is-sitwazzjoni b’mod differenti – u xi indikaturi ekonomiċi ewlenin jipprovdu evidenza ċara tad-dissatisfazzjoni tagħhom. L-inflazzjoni baqgħete għolja fil-livell ta’ 3.4%, u qed taqbeż ir-rata ta’ żieda fil-pagi. Il-prezz medju tal-petrol tela’ drastikament għal $4.37 il-gallun, filwaqt li l-prezzijiet tal-laħam taċ-ċanga laħqu livelli rekord.

Skont stħarriġ ta’ YouGov, 63% ta’ dawk li wieġbu jemmnu li l-ekonomija “sejra għall-agħar”. Stħarriġ ieħor tal-AP/NORC ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet wera li 17% biss tal-adulti Amerikani japprovaw il-mod kif il-President qed jindirizza l-kwistjonijiet relatati mal-għoli tal-ħajja, filwaqt li 26% japprovaw il-mod kif qed jimmaniġġja l-ekonomija b’mod ġenerali.

Dawn l-istħarriġiet jindikaw ukoll li ħafna mill-politiki ta’ Trump – inklużi t-tariffi, l-infurzar strett tal-liġijiet tal-immigrazzjoni u l-kunflitt kontinwu mal-Iran – mhumiex popolari mal-pubbliku.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport