Saturday, September 14, 2024

Trump ifittex lil Clinton bil-qorti dwar l-allegazzjoni ta’ kollużjoni mar-Russja

Aqra wkoll

L-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump qiegħed se jkun qiegħed ifittex bil-qorti lil Hillary Clinton u numru ta’ Demokratiċi oħrajn. Trump qiegħed jakkuża lil dawn il-persuni li pprovaw jiddeterminaw ir-ri­żultat tal-elezzjoni presidenzjali tal-2016 billi allegaw li l-kampanja tiegħu kellha rabtiet mar-Russja. Dakinhar Trump kien xorta rebaħ fuq Clinton.

Trump u t-tim tiegħu kienu akkużati li qed jikkollaboraw ma’ aġenti Russi biex jinfluwenzaw l-elezzjoni favur tagħhom. Trump qal li dawn l-allegazzjonijiet swewh xejn inqas minn $24 miljun. 

Min-naħa tagħha Clinton għadha trid tikkummenta dwar dan l-iżvilupp. 

L-allegazzjoni ta’ interferenza Russa fl-elezzjoni wasslet għal investigazzjoni li dament sentejn u kienet immexxija minn Robert Mueller. Fir-rapport finali tiegħu Mueller ma kien sab l-ebda kollużjoni mar-Russja.

Ekonomija

Sport