Tuesday, November 26, 2024

Trump issa jista’ jeħel sa 100 sena ħabs

Jisħaq li huwa innoċenti u wiegħed li se jkomplu jiġġieldu kif għamlu dawn l-aħħar seba’ snin

Aqra wkoll

Aħbar kerha ħafna għall-eks President Amerikan u negozjant kbir Donald Trump hija dik li jekk jinstab ħati issa jista’ jeħel sa 100 sena ħabs. F’dikjarazzjoni li xandar Trump saħaq li huwa innoċenti u sostna li, “m’għamilt xejn ħażin. Se nibqgħu niġġielduha kif għamilna f’dawn l-aħħar seba’ snin. Ikunn ideali kieku niddedikaw il-ħin biex għal darb’oħra nagħmlu l-Amerika nazzjon kbir”.

Is-sentenza l-ewwel tip ta’ din ix-xorti fejn jidħlu Presidenti Amerikani, tista’ tingħata jekk Donald Trump jinstab ħati fuq is-seba’ akkużi li għalkemm m’hemmx dettalji fuqhom l-avukat tal-akkużat semma’ spjunaġġ. 

Trump sar jaf li jista’ jqatta’ l-bqija ta’ ħajtu f’ċella minħabba din il-kawża kontrih i New Jersey u ma damx biex tella’ vidjow jiddefendi lilu nnifsu. Huwa qal li jinsab iddispjaċut ħafna li bħala nazzjon qabdu t-triq tan-niżla u qiegħed “jinħela” l-ħin f’tentati biex ikissru president tajjeb. Ovvjament, Trump irrefera għalih.

Dan l-eks President Amerikan qal li “ovvjament fil-qorti se niddikjara l-innoċenza tiegħi”.

Minn informazzjoni fuq il-mezzi tax-xandir qiegħed jingħad li l-akkużi ta’ spjunaġġ huma marbuta ma’ dokumenti klassifikati u li Trump “żelaq” meta sar jaf li se jittieħdu passi legali serji kontrih.

Sport