Saturday, December 14, 2024

Trump iwieġeb mhux ħati ta’ 37 akkuża kriminali federali fil-każ ta’ Mar-a-Lago

...it-tim legali tiegħu mistenni jressaq mozzjoni

Aqra wkoll

Hekk kif kompla jinstema’ l-każ ta’ Mar-al-Lago, li fih l-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump qed jiġi akkużat b’rabta ma’ dokumenti klassifikati, Trump wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Fl-istess każ ingħad li l-prosekuturi federali qegħdin jakkużaw lil Trump li volontarjament żamm dokumenti klassifikati u li kisibhom waqt il-presidenza tiegħu bħala President. Trump qed jiġi akkużat ukoll li qed jostakla l-ġustizzja fl-isforzi tiegħu sabiex jaħbi l-materjal li kiseb.

Skont kif tgħid l-akkuża, Trump qed jiġi akkużat li intenzjonalment żamm 31 dokument klassifikat mingħand uffiċjali federali anke wara li nħarġet ċitazzjoni biex jiġu rkuprati l-materjali mir-resort Mar-a-Lago tal-ex president fi Florida. Xi wħud minn dawk id-dokumenti kienu jinkludu informazzjoni dwar il-programmi nukleari tal-Amerika, il-vulnerabbiltajiet tal-militar Amerikan u l-pjanijiet tal-White House f’każ ta’ attakk.

Trump inħeles b’depożitu bil-kundizzjoni li ma jiddiskutix il-każ b’lista ta’ xhieda li għandha tiġi pprovduta mill-uffiċju tal-avukat speċjali Jack Smith, li kien preżenti fis-smigħ tal-kawża.

Il-każ tad-dokumenti se jkun issorveljat mill-Imħallef Aileen Cannon, imħallef maħtura minn Trump li kienet ikkritikata ħafna s-sena l-oħra talli waqqfet temporanjament l-investigaturi federali milli jeżaminaw il-materjali klassifikati maqbuda minn Mar-a-Lago. Bosta esperti għamlu talba lil Cannon biex tirrikuża ruħha mill-każ minħabba d-deċiżjoni kontroversjali preċedenti tagħha.

It-tim legali ta’ Trump mistenni jressaq mozzjoni biex jirribatti l-akkużi.

Ekonomija

Sport