Monday, May 13, 2024

Real Madrid jiffirmaw lil Jude Bellingham

Aqra wkoll

Real Madrid ħabbru li ffirmaw lill-midfielder internazzjonali Ingliż, Jude Bellingham, mingħand Borussia Dortmund b’kuntratt ta’ sitt snin.

Il-ġganti Spanjoli se jħallsu €113-il miljun għaż-żagħżugħ ta’ 19-il sena, minbarra diversi supplimenti oħra li jistgħu jlaħħqu €133.9 miljun. 

Bellingham, li beda l-karriera tiegħu ma’ Birmingham City, se jiġi ppreżentat bħala player ta’ Real Madrid f’ċerimonja nhar il-Ħamis.

“Grazzi lil kulħadd … lill-players, lill-club u lill-partitarji għal dawn it-tliet snin impekkabbli,” qal Bellingham. 

“Kien ta’ unur kbir li nilbes il-flokk isfar fejn se jħallili ħafna memorji sbieħ. 

“Anke jekk inħares ‘il quddiem lejn id-destinazzjoni li jmiss tiegħi, qatt ma jien se ninsa l-esperjenza tiegħi ma’ Borussia. 

“Il-club u l-partitarji se jibqgħu f’qalbi.”

Sport