Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump awtorizza l-iskjerament ta’ 300 suldat tal-Gwardja Nazzjonali f’Chicago biex jindirizzaw dak li qed jgħid li hija kriminalità barra mill-kontroll.
Huwa għamel dan sigħat wara li l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni qalu li ffaċċjaw dimostranti fil-belt immexxija mid-Demokratiċi u sparaw fuq mara li kienet armata meta hi u oħrajn baqgħu deħlin bil-karozzi tagħhom fuq il-vetturi tal-infurzar tal-liġi.
Il-mexxejja statali u lokali ilhom ġimgħat jikkritikaw il-pjanijiet ta’ skjerament ta’ Trump u sejħuh abbuż ta’ poter. Il-Gvernatur ta’ Illinois JB Pritzker qal li Trump kien qed “jipprova jimmanifattura kriżi”.
Din it-tħabbira ta’ Trump saret hekk kif Imħallef Federali f’Portland, Oregon – belt liberali oħra – imblokka temporanjament lill-amministrazzjoni ta’ Trump milli tiskjera 200 suldat hemmhekk.