Saturday, December 21, 2024

Trump jgħid lill-partitarji tiegħu li mhux se jkollhom bżonn jivvutaw iktar fil-futur

Aqra wkoll

“Insara, oħorġu u vvutaw! Din id-darba biss u nwegħdkom li mhux se jkollkom għalfejn tmorru tivvutaw iktar”. Dan kien il-kliem li qal l-eks president Repubblikan Danald Trump  nhar il-Ġimgħa filgħaxija f’rally organizzat f’West Palm Beach fi Florida. 

Dak li qal Trump ma ntlaqax tajjeb mingħand kulħadd. Fost in-nies li qajjmu l-ħsieb tagħhom dwar dan, kien hemm l-avukat tad-drittijiet kostituzzjonali u ċivili Andrew Seidel, pereżempju. F’messaġġ fuq il-pjattaforma X, Seidel qal li dak li qal Trump mhuwiex nazzjonaliżmu Kristjan sottili. Skontu, l-eks president Amerikan  qed jitkellem dwar it-tmiem tad-demokrazija. 

Il-kummenti ta’ Trump nhar il-Ġimgħa waslu xhur wara li Trump innifsu kien qal li jekk jingħata t-tieni mandat ta’ erba’ snin filWhite House, se jkun ta’ dittatur fl-ewwel ġurnata.  

Huwa mifhum ukoll li Trump kemm-il darba kellu ammirazzjoni kbira lejn mexxejja kbar. Dawn jinkludu lil Vladimir Putin, lil Viktor Orbán u lil Kim Jong-un. Saħansitra darba minnhom eks assistent tal-White House kien qal li Trump darba qal li Adolf Hitler għamel xi affarijiet tajbin. 

Ekonomija

Sport