Friday, April 19, 2024

Trump m’għadux meqjus li għadu jġorr b’mod attiv il-coronavirus

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump m’għadux meqjus li għadu jġorr b’mod attiv il-coronavirus. Qal dan it-tabib tiegħu Sean Conley.

Conley qal li l-kundizzjoni ta’ saħħa tal-President tilħaq il-kriterja biex ma jkomplix l-iżolament li kien qed isegwi, bil-kampjuni li tteħdulu jindikaw li m’għadux meqjus bħala riskju ta’ trasmissjoni għal oħrajn.

Huwa żied jgħid li Trump kien għamel 24 siegħa mingħajr sinjal ta’ deni, u t-testijiet li sarulu jindikaw li l-virus m’għadux jirriproduċi lilu nnifsu. Apparti dan il-preżenza tal-virus (viral load) f’ġisem il-President Amerikan jidher li kulma jmur qed tonqos.

Conley temm jgħid li se jkompli jsegwi mill-viċin saħħet il-President hekk kif dan tal-aħħar se jkun qed jirritorna għar-rutina attiva tiegħu.

Trump, li għandu 74 sena, u martu Melania kienu rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 fit-2 ta’ Ottubru li għadda. Aktar tard dakinhar huwa kien iddaħħal għall-kura fiċ-ċentru mediku Walter Reed. Nhar it-Tnejn li għadda Trump inħareġ mill-isptar u kompla jirkupra fil-White House.

Sport