Saturday, May 4, 2024

Truppi Franċiżi joqtlu mexxej għoli tal-Istat Iżlamiku fis-Sahara

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħabbar li l-kap tal-grupp Stat Iżlamiku ġewwa s-Sahara ġie maqtul mit-truppi Franċiżi. Adnan Abu Walid al-Sharawi kien ifforma l-grupp magħruf bħala ISGS fl-2015. 

Hu mifhum li dan il-grupp kien wara għadd ta’ attakki terroristiċi li seħħew fir-reġjun, fosthom l-attakk li sar fuq ħaddiema tal-għajnuna umanitarja Franċiżi fl-2020. Min-naħa tiegħu Macron qal li l-mewt ta’ Sahrawi hija “suċċess ieħor fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fis-Sahel”.

Is-Sahel hija żona enomri, ta’ tliet miljun kilometru kwadru, fin-Nofsinhar tad-deżert Sahara mis-Senegal  sas-Somalja. Macron ma ta l-ebda dettalji speċifiċi dwar fejn eżatt seħħ dan l-attakk. 

Sport