Inqala’ nkwiet kbir fl-istands tal-Maracana qabel ir-rebħa tal-Arġentina fil-partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fuq ir-rivali eterni l-Brażil hekk kif partitarji Arġentini kienu nvoluti f’xeni xokkanti mal-pulizija Brażiljana.
Iċ-champions tad-Dinja għelbu lill-Brażi bl-iskor ta’ 1-0 iżda dan il-konfront kien imtappan b’dawn ix-xeni deplorevoli.
Qabel il-logħba, il-partitarji rivali bdew jiġġieldu ma’ xulxin waqt l-innu nazzjonali Brażiljan qabel ma intervjenew il-pulizija biex il-logħba kellha saħansitra tiddarja b’nofs siegħa.
Mhuwiex ċar eżattament x’ikkawża dan l-inċident iżda partitarji rivali saħansitra dehru jaqilgħu s-seats minn posthom u jgarawhom lil xulxin.
Għexieren ta’ pulizija ta’ Rio de Janeiro kellhom jintervjenu iżda sabuha diffiċli biex jikkalmaw is-sitwazzjoni u għaldaqstant bdew jirrikorru għall-użu tal-lembubi fejn bdew isawtu b’mod aħrax lill-partitarji Arġentini li aktar irvillaw.