Saturday, May 4, 2024

TTD 2026: L-Arġentina jagħtu l-ewwel telfa lill-Brażil f’darhom f’din il-kompetizzjoni

Aqra wkoll

F’partita mill-aktar tensa, barra minn darhom l-Arġentina għelbu lil Brażil bl-iskor ta’ 1-0, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026. 

Din kienet l-ewwel telfa tal-Brażil f’darhom fil-kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni, logħba li ġiet ittardjata minħabba ġlied bejn il-partitarji fl-istands.

Ħafna partitarji marru fil-Maracana biex jaraw lil Lionel Messi fl-aħħar partita tiegħu fil-Brażil. Iżda minflok, raw lil Nicolas Otamendi jiskorja l-uniku gowl tal-partita.

Kienet it-tielet telfa konsekuttiva tal-Brażil f’dan it-tournament li jintlagħab fil-formta ta’ round robin … biex b’hekk din kienet daqqa ta’ ħarta oħra għall-coach il-ġdid,  Fernando Diniz.

Kienet ukoll l-ewwel darba mill-2009 li għall-ħames darba, il-Brażiljani naqsu milli jiskorjaw f’darhom.

Messi ġie sostitwit, fis-78 minuta, fost ovazzjoni mill-partitarji Arġentini u bbuwjar minn dawk Brailjani. 

Sport