Friday, May 3, 2024

TTD 2026: Jinqala’ nkwiet kbir bejn il-Brażil u l-Arġentina

Aqra wkoll

Inqala’ nkwiet kbir fl-istands tal-Maracana qabel ir-rebħa tal-Arġentina fil-partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fuq ir-rivali eterni l-Brażil hekk kif partitarji Arġentini kienu nvoluti f’xeni xokkanti mal-pulizija Brażiljana.

Iċ-champions tad-Dinja għelbu lill-Brażi bl-iskor ta’ 1-0 iżda dan il-konfront kien imtappan b’dawn ix-xeni deplorevoli. 

Qabel il-logħba, il-partitarji rivali bdew jiġġieldu ma’ xulxin waqt l-innu nazzjonali Brażiljan qabel ma intervjenew il-pulizija biex il-logħba kellha saħansitra tiddarja b’nofs siegħa.

Mhuwiex ċar eżattament x’ikkawża dan l-inċident iżda partitarji rivali saħansitra dehru jaqilgħu s-seats minn posthom u jgarawhom lil xulxin. 

Għexieren  ta’ pulizija ta’ Rio de Janeiro kellhom jintervjenu iżda sabuha diffiċli biex jikkalmaw is-sitwazzjoni u għaldaqstant bdew jirrikorru għall-użu tal-lembubi fejn bdew isawtu b’mod aħrax lill-partitarji Arġentini li aktar irvillaw. 

Sport