Monday, November 4, 2024

TTD: Bidu qawwi mill-Ingilterra b’rebħa ta’ 6-2 fuq l-Iran

Aqra wkoll

INGILTERRA ..… 6

IRAN ………………2

L-Ingilterra bdew l-impenji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja b’rebħa kbira meta minn Grupp B huma għelbu lill-Iran bl-iskor ta’ 6-2.

Wara biss erba’ minuti, l-Ingliżi appellaw għal pe­nal­ty meta minn azzjoni ta’ corner, id-difensur Iranjan, Roozbeh Cheshmi, waqqa’ lil dak Ingliż Harry Maguire fil-kaxxa b’intenzjoni preme­ditata iżda r-referee Brażiljan, Raphael Claus, ħalla l-logħob għaddej.

Fit-32 minuta, huma resqu viċin li jiftħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, id-daqqa ta’ ras ta’ Maguire ġiet imċaħħda mil-lasta.

Madankollu tliet minuti wara, l-Ingliżi marru fil-vantaġġ meta JUDE BELLINGHAM ikkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Luke Shaw biex dan kien l-ewwel goal tiegħu bil-flokk Ingliż.

Wara dan il-goal, l-Ingliżi ddominaw għal kollox dan il-konfront fejn skorjaw er­ba’  goals oħra.

Fit-43 minuta, huma rdoppjaw minn azzjoni ta’ corner, Maguire niżżel lejn Bukayo Saka li b’xutt li ma jaħfrix xeħet fir-rokna tas-saqaf tax- xibka.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, RAHEEM STERLING sammar il-ballun fix- xibka b’first-timer mill-cross ta’ Harry Kane.

Fit-62 minuta, l-istess Sterling għadda l-ballun lejn Bu­kayo Saka li daħal fil-kaxxa fejn qabeż tliet avversarji qabel ma xeħet fix-xibka b’xutt fil-baxx.

Madankollu, fl-ewwel attakk tal-Iran, fil-65 minuta, huma naqqsu l-marġni tal-iskor b’xutt qawwi ta’ Mehdi Taremi li għolla x-xibka. 

Huma skorjaw żewġ goals oħra minn żewġ sostituti permezz ta’ Marcus Rashford (71) u Jack Grealish (90) biex għaqqdu n-nofs tużżana.

Madankollu, Mehdi Ta­remi (93) naqqas il-marġni minn penalty.

Ingilterra: Jordan Pickford, Luke Shaw, Harry Maguire (Eric Dier 70), John Stones, Kieran Trippier, Declan Rice, Jude Bellingham, Raheem Sterling (Jack Grealish 70), Mason Mount (Phil Foden 71), Bukayo Saka (Marcus Rashford 70), Harry Kane (Callum Wilson 76) – Coach: Gareth Southgate

Iran: Alireza Beiranvand (Hossein Hosseini 19), Milad Mohammadi (Mehdi Torabi 63), Majid Hosseini, Roozbeh Cheshmi (Hossein Kanaani 46), Sadegh Moharrami, Ali Karimi (Saeid Ezatolahi 46), Ehsan Haj Safi, Ahmad Nourollahi (Serdar Azmoun 77), Morteza Pouraliganji, Mehdi Taremi, Alireza Jahanbakhsh (Ali Gholizadeh 46) – Coach: Carlos Queiroz                 

Referee: Raphael Claus (Brażil)

Assistenti: Rodrigo Correa, Danilo Manis (Brażil)

Ammoniti: A. Jahanbakhsh, M. Pouraliganji (I)

Sport