Wednesday, October 30, 2024

TTD: Joe Allen fl-iskwadra ta’ Wales wara li rkupra minn injury fil-ħin 

Aqra wkoll

Joe Allen ġie inkluż fl-iskwadra ta’ 26 player tat-Tazza tad-Dinja ta’ Wales, wara li rkupra għal kollox minn injury eżatt qabel it-tournament tal-Qatar li se jibda fl-20 ta’ dan ix-xahar. 

Allen, li lagħab 72 darba għal Wales, huwa ikona ta’ dan it-team fl-istejjer ta’ suċċessi għal pajjiżu … iżda  injury fil-hamstring żammitu barra mill-azzjoni għal Swansea City minn nofs Settembru.

Il-coach, Rob Page, sejjaħ lil dan il-player ta’ 32 sena fost il-lista tiegħu ta’ midfielders, b’Gareth Bale u Aaron Ramsey t-tnejn ġew inklużi mingħajr sorpriża minkejja relattivament li kellhom ftit ħin ta’ logħob matul dan l-istaġun minħabba injury. 

Il-lista ta’ 26 player hija:

Goalkeepers: Wayne Hennessey (Nottingham Forest), Danny Ward (Leicester City), Adam Davies (Sheffield United).

Difensuri: Ben Davies (Tottenham) Ben Cabango (Swansea City), Tom Lockyer (Luton Town), Joe Rodon (Rennes, b’self mingħand Tottenham), Chris Mepham (Bournemouth), Ethan Ampadu (Spezia, b’self mingħand Chelsea), Chris Gunter (AFC Wimbledon), Neco Williams (Nottingham Forest), Connor Roberts (Burnley).

Midfielders: Sorba Thomas (Huddersfield), Joe Allen (Swansea City), Matthew Smith (MK Dons), Dylan Levitt (Dundee Utd), Harry Wilson (Fulham), Joe Morrell (Portsmouth), Jonny Williams (Swindon Town), Aaron Ramsey (Nice), Rubin Colwill (Cardiff City).

Attakkanti: Gareth Bale (Los Angeles FC), Kieffer Moore (Bournemouth), Mark Harris (Cardiff City), Brennan Johnson (Nottingham Forest), Dan James (Fulham, on loan from Leeds).

Sport