Thursday, April 18, 2024

TTD: L-Ekwador jegħlbu lill-Qatar b’doppjetta ta’ Enner Valencia

Aqra wkoll

Qatar …………..0

Ekwador ………0

L-attakkant Enner Valencia kien l-eroj tal-Ekwador fil-partita inawgurali tat-Tazza tad-Dinja 2022 meta skorja ż-żewġ goals biex għelbu lil Qatar bl-iskor ta’ 2-0 biex l-Ekwadorjani saru l-ewwel team fl-istorja li għelbu lit-team ospitu proprju fl-ewwel partita.

Is-Sofor kellhom bidu veloċi u wara biss erba’ minuti huma sabu x-xibka avversarja minn daqqa ta’ ras ta’ Enner Valencia li iżda ma ġiex konvalidat permezz tal-VAR minħabba pożizzjoni millimetrika ta’ offside.

Peró fis-16-il minuta, l-Ekwadorjani ġustament marru fil-vantaġġ meta l-is­tess EN­NER VALENCIA ġie mwaqqa’ mill-goalkeeper, Saad Al Sheeh,  meta kien f’pożizzjoni li seta’ jiskorja, bil-goalkeeper Qatari jintwera biss il-karta s-safra.

Mill-11-il metru, l-attakkant Ekwadorjan bil-kalma kollha xeħet lill-goalkeeper avversarju fuq in-naħa l-ħażina … biex skorja l-ewwel goal tat-tournament u sar l-aqwa skorer għal pajjiżu f’fażi finali tat-Tazza tad-Dinja b’erba’ goals. 

Fil-31 minuta, ENNER VALENCIA rdoppja għall- Ekwador meta kkon­kluda bir-ras mill-cross ta’ Angelo Preciado … biex żied ieħor personali.

Huma baqgħu jiddominaw il-kumplament tat-taq­sima minkejja li ma mpenjawx lill-goalkeeper avversarju.

Fit-tieni taqsima, il-Qatari ħarġu aktar avventurużi u saħansitra taw l-impressjoni li kienu se jibnu xi forma ta’  pressjoni fuq l-avversarji. Iżda qatt ma nkwadraw il-lasti minħabba l-ftit tentattivi li kellhom fallew il-mira.

Min-naħa tagħhom, l-Ekwador ikkontrollaw kull sitwazzjoni u qatt ma dehru f’xi periklu li setgħu jitilfu din il-partita.

Qatar: Saad Al Sheeb, Pedro Miguel, Boualem Khoukhi, Bassam Hisham, Abdelkarim Hassan, Ho­mam Ahmed, Abdulaziz Hatem, Hassan Al Haydos (Mohammed Waad 71), Karim Boudiaf, Akram Afif, Almoez Ali (Mohammed Muntari 71) – Coach: Felix Sanchez

Ekwador: Hernan Galindez, Felix Torres, Piero Hincapie, Pervis Estupinan, Angelo Preciado, Romario Ibarra (Jeremy Sarmiento 68), Gonzalo Plata, Jhegson Mendez, Moises Caicedo (Alan Franco 90), Michael Estrada (Kevin Rodriguez 90), Enner Valencia (Jose Cifuentes 76) – Coach: Gustavo Alfaro

Referee: Daniele Orsato (Italja)

Assistenti: Ciro Carbone, Alessandro Giallatini (Italja)

Ammoniti: K. Boudiaf, A. Afif, A. Almoez (Q); J. Mendez, M. Caicedo (E)

Ekonomija

Sport