Sunday, November 10, 2024

TTD tal-Clubs: Real Madrid fil-finali kontra Al Hilal Riyadh

Aqra wkoll

Quddiem attendenza ta’ 43,508 spettatur fil-Prince Moulay Abdellah Stadium, fir-Rabat, il-Marokk, iċ-champions tal-Ewropa, Real Madrid, għaddew għall-finali tal-FIFA Club World Cup 2022, meta fit-tieni semi-finali għelbu lil Al Ahly tal-Eġittu, bl-iskor kbir ta’ 4-1.

Fil-finali l-Madrileni se jilagħbu kontra Al-Hilal tas-Sawdi Arabja li fil-ġurnata ta’ qabel wettqu sorpriża kbira meta għelbu liċ-champions tat-Tazza Libertadores, Flamengo 3-2, quddiem 42,496 spettatur fl-Ibn Batouta Stadium ta’ Tangiers.

Infatti din hija l-ewwel darba li team mill-pajjiżi tal-golf għadda għall-finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Meta l-ewwel taqsima dehret li kienet se tintemm mingħajr goals, Real fetħu l-iskor minn Vinicius Junior li sab ix-xibka fit-42 minuta waqt li minuta fit-tieni taqsima kien Federico Valverde li rdoppja għat-team ta’ Carlo Ancelotti.

Iżda fil-65 minuta Al-Hilal naqqsu d-distakk meta d-difensur Tuneżin. Ali Maaloul, għeleb lill-goalkeeper, MMM MMMM, li qed jissostitwixxa lin-numru wieħed, Thibaut Courtois, li jinsab imweġġa’.

Real ma waqfux hawn tant li fil-ħin miżjud skorjaw żewġ goals oħra minn Rodrygo (92) u Sergio Calva (98) biex aċċertaw ir-rebħa.

It-tournament jintemm għada s-Sibt meta jintlagħbu l-aħħar żewġ logħbiet fir-Rabat meta fl-4.30 pm issir dik għat-tielet post bejn Al Ahly u Flamengo waqt li fit-8.00 pm tintlagħab il-finali bejn Real Madrid u Al-Hilal.

Sport