It-team nazzjonali tal-waterpolo temm fis-sitt post fit-Tazza tad-Dinja tat-Tieni Diviżjoni, liema tournament sar fil-Ġermanja, meta fil-partita għall-ħames post safa megħlub mill-Iran bl-iskor ta’ 15-9 (2-2, 3-4, 0-3, 4-6).
B’hekk il-Maltin b’kollox lagħbu erba’ partiti meta fir-Round Preliminari kienu jinkludu ż-żewġ telfiet kontra l-Ġermanja (15-5) u kontra ċ-Ċina (18-6) u r-rebħa kontra l-Afrika t’Isfel (15-8).
Fil-veritá, kien hemm aspettativi għoljin li l-Maltin joħorġu rebbieħa iżda sabu avversarji determinati.
Fl-ewwel sessjoni, il-Maltin żammew il-pass mal-avversarji bl-iskorers Maltin ikunu Liam Galea u Nikolai Zammit.
It-tieni sessjoni tlifniha 4-3 iżda konna fil-vantaġġ ta’ 5-3 b’goals minn Zammit, Galea u Alec Fenech. Peró l-avversarji għamlu rimonta u daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 6-5.
Fit-tielet sessjoni ma skorjajniex biex l-Iranjani fetħu vantaġġ ta’ 9-5 … biex l-aħħar sessjoni tlifniha 6-4, bl-iskorers ikunu Zammit, Galea (2) u Jeremy Abela.
L-iskwadra Maltija hija komposta minn Jake Tanti, Mark Castillo, Liam Galea, Nicholas Bugelli, Sam Gialanze, Benjamin Cachia, Ben Plumpton, Jordan Camilleri, Jeremy Abela, Nikolai Zammit, Alec Fenech, Dino Zammit, Matthew Castillo.