Thursday, May 2, 2024

Mixli li kkaġuna ġrieħi gravi lil raġel waqt li kien fi stabbiliment tad-divertiment f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Mohamed Ali Ahmed Elmushraty, Libjan ta’ 31 sena u li fil-Qorti qal li jgħix f’Tas-Sliema kien akkużat li fit-30 ta’ April ta’ din is-sena waqt li kien fi stabbiliment tad-divertiment ikkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel.

Hu kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li għandu b’rabta ma’ każ ieħor li għadu qed jinstema fil-Qorti.

Filwaqt li wieġeb mhux ħati, l-avukati tad-difiża talbu għall-ħelsien mill-arresti. Il-Maġistrat Elaine Mercieca li quddiem deher il-Libjan, laqgħet din it-talba fuq diversi kundizzjonijiet. Fosthom li jiddepożita €5,000, kif ukoll jagħti garanzija personali ta’ €10,000. Hu ma jistax joħroġ mid-dar bejn id-9.00pm u 6.00pm.

Sport