Tuesday, May 14, 2024

TTD tal-waterpolo – II Div. – Il-Maltin itemmu fis-sitt post

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tal-waterpolo temm fis-sitt post fit-Tazza tad-Dinja tat-Tieni Diviżjoni, liema tournament sar fil-Ġermanja, meta fil-partita għall-ħames post safa megħlub mill-Iran bl-iskor ta’ 15-9 (2-2, 3-4, 0-3, 4-6). 

B’hekk il-Maltin b’kollox lagħbu erba’ partiti meta fir-Round Preliminari kienu jinkludu ż-żewġ telfiet kontra l-Ġermanja (15-5) u kontra ċ-Ċina (18-6) u r-rebħa kontra l-Afrika t’Isfel (15-8).  

Fil-veritá, kien hemm aspettativi għoljin li l-Maltin joħorġu rebbieħa iżda sabu avversarji determinati.

Fl-ewwel sessjoni, il-Maltin żammew il-pass mal-avversarji bl-iskorers Maltin ikunu Liam Galea u Nikolai Zammit.

It-tieni sessjoni tlifniha 4-3 iżda konna fil-vantaġġ ta’ 5-3 b’goals minn Zammit, Galea u Alec Fenech. Peró l-avversarji għamlu rimonta u daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 6-5. 

Fit-tielet sessjoni ma skorjajniex biex l-Iranjani fetħu vantaġġ ta’ 9-5 … biex l-aħħar sessjoni tlifniha 6-4, bl-iskorers ikunu Zammit, Galea (2) u Jeremy Abela. 

  L-iskwadra Maltija hija komposta minn Jake Tanti, Mark Castillo, Liam Galea, Ni­cholas Bugelli, Sam Gialanze, Benjamin Cachia, Ben Plumpton, Jordan Camilleri, Jeremy Abela, Nikolai Zammit, Alec Fenech, Dino Zammit, Matthew Castillo.

Sport