Monday, May 13, 2024

TTD tan-Nisa 2023: Il-Ġappun fi klassi għalihom

Aqra wkoll

Ġappun ………3

Norveġja ……1

Il-Ġappun komplew jimpressjonaw meta għelbu lit-team qawwi tan-Norveġja biex għaddew mal-aħħar tmienja. 

Iċ-champions tal-2011 kel­lhom bidu mill-aktar pożittiv meta fil-15-il minuta,  id-difensura tan-Norveġja Ingrid Engen dawret il-cross ta’ Hinata Miyazawa fix-xibka tagħha stess.

Madankollu, ħames mi­nuti wara, in-Norveġiżi kisbu d-draw permezz ta’ daq­qa ta’ ras ta’ Guro Reiten.

Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il- Ġappuniżi regġħu marru fil-vantaġġ minn Risa Shimizu meta x-xutt tagħha ġie devjat għal ġox-xibka. 

Fil-81 minuta, huma aċċertaw mir-rebħa meta Hi­nata Miyazawa kkontrollat il-ballun qabel ma tefgħetu fir-rokna tax-xibka biex b’dan il-goal hija telgħet fil-quċċata tal-lista tal-iskorers ta’ dan it-tournament.  

L-avversarji tagħhom se jkunu r-rebbieħa bejn l-Is­vezja u l-Istati Uniti.

Sport