Tuesday, December 24, 2024

TTD tan-Nisa 2023: L-Olanda fil-kwarti-finali b’rebħa fuq l-Afrika t’Isfel

Aqra wkoll

Olanda ……………2

Afrika t’Isfel ……0

L-Olanda kisbu post fil-kwarti-finali kontra Spanja fit-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023 meta fil-partita tal-Aħħar 16 huma għelbu lill-Afrika t’Isfel bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima. 

Jill Roord, li għadha kif ingħaqdet ma’ Manchester City għal somma rekord, fetħet l-iskor fid-disa’ minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras wara li Lieke Martens kienet resqet viċin iżda t-tentattiv tagħha ġie maqlugħ minn fuq il-linja fatali. 

Madankollu, l-Afrikani għamlu reazzjoni u ppressaw biex jiksbu l-goal tad-draw diversi drabi minn Thembi Kgatlana, li kienet l-aħjar player għal Banyana Banyana matul dan it-tournament, kif ukoll minn Hildah Magaia u Linda Motlhalo iżda sabu lill-goalkeeper Daphne Van Domselaar f’burdata mill-aqwa. 

Fit-68 minuta, l-Olandiżi ssiġillaw ir-rebħa x-xutt ta’ Lineth Beerensteyn, li ma deherx daqstant perikoluż, ħarab minn idejn il-goalkeeper Kaylin Swart.

Iżda minkejja din it-telfa, is-Sud Afrikani sellmu dan it-tournament b’rashom mgħollija hekk kif minbarra li lagħbu football impressjonanti, il-preżenża tagħhom kienet ammirata minn kulħadd. 

Barra minn hekk, huma xeħtu l-offerta tagħhom fit-tentattiv biex jorganizzaw il-fażi finali ta’ erba’ snin oħra. 

Ekonomija

Sport